Minn tal-anqas 4 persuni mietu wara li dgħajsa żgħira bl-immigranti sabet xi diffikultajiet fil-fliegu Ingliż viċin Kent. 43 persuna ġew salvati, bi 30 minnhom inġabru mill-baħar.
Kmieni filgħodu bdiet operazzjoni ta’ salvataġġ f’kundizzjonijiet tat-temp xejn favorevoli minħabba l-kesħa kbira li qed tiddomina z-zona….tant li f’Kent bħalissa hemm twissija minħabba s-silġ.
Dgħajsa tas-sajd li kienet fil-post għenet ukoll f’din l-operazzjoni, b’rakkont ta’ sajjied lill-midja Ingliża jixhed li kien hemm bosta li sejħu għall-għajnuna.
//= $special ?>