Il-kowċ Marokkin Walid Regragui ammetta li jinsab kunfidenti li l-Marokk tista’ toħloq sorpriża oħra u tilgħab il-finali tal-Ħadd li ġej. Il-Marokkini kellhom preparazzjoni soda biex jaffrontaw lit-tim Franċiż wara li fil-fażi ta’ eliminazzjoni diretta eliminaw lil Spanja u lill-Portugall.
Filwaqt li Regragui ammetta li Franza huma l-favoriti, sab iċ-ċans li jitkellem fuq iċ-ċansijiet tat-tim tiegħu. “Probabbli kellna l-itqal triq lejn is-semifinali. F’kull fażi n-nies ħasbu li se nkunu eliminati imma għadna hawn u se nissieltu sal-aħħar. Jekk tasal sas-semifinali u ma tkunx bil-għatx għar-rebħ hemm problema. Irridu li l-Afrika tkun fil-quċċata tad-dinja imma rridu nkunu b’saħħitna biex nikkwalifikaw.”
Il-kowċ Marokkin kompla li hu konxju li mhux il-favoriti iżda jinsabu kunfidenti. Regragui tkellem ukoll fuq il-possibbiltà li jkollu jibdel id-difiża u sa dak il-ħin li tkellem qal li ħadd mhux indisponibbli għalissa u l-ebda plejer mhux konfermat. Madankollu aċċerta li se jilgħab bl-aħjar tim possibbli.
//= $special ?>