‘Rebħa ddedikata lill-President’
- Kevin Tulimieri, Birkirkara FC
‘Ninsab ferħan ħafna li ksibna tlett punti minn din il-partita peress li kien derby u kontra tim validu ħafna’ Kliem il-player ta’ Birkirkara Kevin Tulimieri wara r-rebħa li l-Istripes kisbu bl-iskor ta’ 2-1 kontra Balzan. Huwa kompla hekk. ‘ Rebħa li tellatna tal-anqas momentanjament fit-tieni post tal-klassifika. Rebħa li nixtiequ niddedikawha lill-President tagħna Michael Valenzia. Iżda l-mertu tar-rebħa huwa tal-iskwadra kollha u mhux ta’ min jiskorja. Aħna nifirħu flimkien u nibku flimkien għax dak huwa li jagħmel skwadra b’saħħitha.’
‘Inħarsu b’ottimiżmu għat-tieni round’
- Ryan Camenzuli, Ħamrun Spartans FC
‘Konna nafu li Gudja huwa tim b’saħħtu ħafna. Iżda konna tattikament dixxiplinati ħafna biex ksibna dak li ridna.’ Hekk ikkummenta l-player ta’ Ħamrun Spartans Ryan Camenzuli wara r-rebħa bl-iskor ta’ 1-0 kontra Gudja United. Camenzuli kellu aktar xi jgħid. ‘Matul il-ġimgħa ippreparajna sabiex nippruvaw nindirizzaw il-ftit difetti tal-avversarji tagħna. U fil-fatt minn hemm wasal il-gowl. Imma jekk kien hemm tim li ħaqqu jirbaħ konna aħna peress li kellna l-aktar mill-pussess tal-ballun. Fi tmiem l-ewwel round għandna vantaġġ ta’ seba’ punti li jimlina b’kuraġġ għat-tieni parti tal-istaġun.’
KLASSIFIKA | L | PTI |
Ħamrun Spartans | 13 | 34 |
Hibernians | 13 | 27 |
Birkirkara | 13 | 25 |
Gżira United | 13 | 25 |
Mosta | 13 | 23 |
Gudja United | 13 | 20 |
Floriana | 13 | 19 |
Valletta | 13 | 18 |
Balzan | 13 | 17 |
Sirens | 13 | 15 |
Marsaxlokk | 13 | 14 |
Żebbuġ Rangers | 13 | 7 |
Santa Lucia | 13 | 5 |
Pietà Hotspurs | 13 | 4 |
L-AQWA SKORERS | GLS |
Jurgen Degabriele (Hibernians) | 9 |
Jefferson de Assis (Gżira United) | 9 |
Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 8 |
Christ Ememe (Mosta) | 8 |
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 8 |
Maxuell Maia (Gżira United) | 8 |
Jake Grech (Hibernians) | 6 |
Vito Plut (Gudja United) | 5 |
Jonny Robert (Ħamrun Spartans) | 5 |
Enzo Cabrera (Birkirkara) | 5 |
Francesco Farias (Santa Lucia) | 5 |
LOGĦOB LI JMISS
Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru, 2022
Centenary Stadium
6.30pm Sta Lucia v Gżira United
Il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru, 2022
Tony Bezzina Stadium
6.00pm Sirens v Birkirkara
8.15pm Gudja Utd. v Mosta
Stadium Nazzjonali
6.00pm Żebbuġ R. v Balzan
8.15pm M’Xlokk v Ħamrun S.
Is-Sibt 17 ta’ Diċembru, 2022
Stadium Nazzjonali
1.00pm Hibernians v Valletta
Tony Bezzina Stadium
1.00pm Pieta H. v Floriana
//= $special ?>