It-tiġrija mis-serje Intersport fuq distanza ta’ 10km fil-korsa tal-Belt għamlet ritorn pożittiv fil-kalendarju tat-tlielaq fit-toroq wara waqfa ta’ tliet snin minħabba restrizzjonijiet tal-pandemija.
Il-korsa, li tgħaqqad ix-xenarju tas-swar tal-belt Valletta fuq naħa waħda u l-portijiet fuq l-oħra hija waħda tradizzjonali attirat uħud mill-aqwa atleti Maltin, atleti veterani kif ukoll numru ta’ uċuħ ġodda lesti sfida differenti. It-tellieqa ta’ 10 km kienet dominata minn Aaron Mifsud li kien fuq quddiem sa mill-bidu segwit minn Mark Herrera u Jonathan Balzan, li kollha kienu qedin jikkompetu għal ħin tajjeb u żammew distakk kostanti bejniethom sat-tmiem fejn daħlu fl-ewwel tliet postijiet. Il-kategorija tan-nisa ntrebħet minn Josann Attard Pulis, li fetħet fil-vantaġġ quddiem Rosalie Borg Cauchi li spiċċat fit-tieni post qabel Charyl Fava.
It-tiġrija ta’ 5 km rat lil Charlton Debono li spiċċa t-tiġrija fl-ewwel post quddiem Luke Cauchi u David Tabone. It-tiġrija tan-nisa ntrebħet minn Jeanette Muscat, segwita minn Lorna Mifsud u Maureen Farrugia. Is-Serje Intersport ta’ 10 kilometi tkompli fit-22 ta’ Jannar 2023 bit-tellieqa fit-Tlett ibliet.
//= $special ?>