F’Montpellier, fi Franza, tifel t’erbatax-il sena spiċċa maqtul waqt ġlied bejn il-partitarji ta’ Franza u l-Marokk wara s-semifinali tat-Tazza tad-Dinja.
Stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-gvern lokali qalet li t-tifel intlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq b’mod perikoluż. Huwa ġie trasferit l-isptar, iżda miet ftit wara.
Il-vettura nstabet fil-post u l-pulizija għaddejja bl-investigazzjoni.
Bosta partitarji ta’ Franza u l-Marokk, ħebbew għal xulxin anke f’Pariġi fejn issejħu il-pulizija biex ixerrdu l-folol.
//= $special ?>