Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Brażil, l-Olanda, l-Portugall u l-Ingilterra se jieħdu 17-il miljun dollaru

It-timijiet nazzjonali tal-Brażil, l-Olanda, l-Portugall u l-Ingilterra se jkunu qed jieħdu 17-il miljun dollaru kull wieħed wara li rnexxielhom jaslu sal-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja.

L-Istati Uniti, is-Senegal, l-Awstralja, Spanja, il-Ġappun, l-Iżvizzera u l-Korea t’Isfel se jkunu qed jieħdu 13-il miljun dollaru wara li waslu sal-fażi tal-aħħar sittax bit-timijiet kollha li kienu eliminati fil-fażi tal-gruppi se jirċieva 9 miljun dollaru.

Ir-rebbieħ bejn Franza jew l-Arġentina se jkun qed jieħu 42 miljun dollaru filwaqt li t-tellief se jirċievi 30 miljun dollaru bit-tim li jtemm fit-tielet post jirċievi 27 miljun dollaru.