Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Imut membru tas-sigurtà wara li waqa’ minn għoli ta’ tmien sulari

Persuna tas-sigurtà miet tlett ijiem wara li ddaħħal l-isptar kawża ta’ waqgħa waqt il-konfront bejn l-Arġentina u l-Olanda. John Njue Kibue ta’ 24 sena mill-Kenja, waqa’ mit-tmien sultar ta’ Lusail Stadium u wara li ngħata trattament fuq il-post, ittieħed fl-isptar Hamad.

Stqarrija qalet li l-organizzaturi qed jinvestigaw iċ-ċirkustanzi li wasslu biex iż-żagħżugħ waqa’ u tiġi meqjusa bħala ħaġa urġenti. Oħt Kibue qalet fil-media internazzjonali li l-familja trid spjegazzjoni għal dan l-inċident traġiku.

Il-mewt ta’ Kibue tasal ftit aktar minn ġimgħa li ġie rrappurtat li ħaddiem immigrant inqatel f’inċident b’forklift fil-post kien qed jitħarreġ it-tim nazzjonali tal-Arabja Sawdija waqt il-fażi tal-gruppi.