Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Jose Mourinho nteressat li jsir kowċ tal-Portugall

(Ritratt: EPA)

Jose Mourinho jidher li huwa l-kowċ favorit li jinħatar bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-Portugall filwaqt li jibqa’ jmexxi lit-tim ta’ Roma fis-Serie A.

Jidher li l-Portugall se jkunu qed ineħħu lill-kowċ Fernando Santos wara li l-Portugall kienu eliminati fil-kwartifinali mill-Marokk. Mourinho ilu żmien twil jissemma li jista’ jkun kowċ ta’ tim nazzjonali fejn għal bosta snin kien il-favorit li jinħatar bħala kowċ tat-tim Ingliż.

L-istil ta’ logħob ta’ Jose Mourinho jidher li m’għadux ikun daqshekk effettiv fuq livell ta’ klabbs iżda l-Federazzjoni tal-Futbol Portugiża qed tikkonsidra bis-serjetà li Mourinho jmexxi lill-Portugall għall-Euro 2024.