L-eks financial controller ta’ Enemalta, Tarcisio Mifsud, ma nstabx ħati ta’ koruzzjoni hekk kif tressaq il-Qorti b’rabta mal-iskandlu taż-żejt ta’ 10 snin ilu.
Il-Ħamis filgħodu l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit spjegat li Mifsud, li illum għandu 78 sena…wieħed mis-sebat irġiel akkużati b’rabta mal-iskandlu taż-żejt, mhux ħati ta’ korruzzjoni.
Matul il-kawża, il-prosekuzzjoni kienet insistiet li Mifsud kien irċieva numru ta’ kummissjonijiet f’tenders taż-żejt mill-kumpanija Franċiża Total filwaqt li kien qasam dawn il-kickbacks ma’ Alfred Mallia, ukoll eks uffiċjal tal-Enemalta.
Għal Mifsud dehru l-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo.