L-imputat akkużat bl-attakk, xhur ilu, fuq ir-raġel tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti kien qed jaħseb ukoll biex jaggredixxi numru ta’ personalitajiet famużi oħra – inkluż l-attur veteran popolari Tom Hanks.
L-uffiċjal tal-pulizija li intervista lill-aggressur David DePape tkellem waqt smigħ u żvela li, minbarra r-raġel ta’ Nancy Pelosi, De Pape kien anki qed jaħseb biex jattakka, fost oħrajn, lil Hanks, lil Hunter Biden, it-tifel tal-President Amerikan, Joe Biden, u lill-Gvernatur ta’ Kalifornja Gavin Newsom.
De Pape qed jiffaċċja sitt akkużi, fosthom dwar il-qtil premeditat ta’ Paul Pelosi li spiċċa attakkat b’martell fil-belt ta’ Kalifornja fit-28 ta’ Ottubru. Hu qed jiċħad għall-akkużi kollha miġjuba kontra tiegħu iżda, wara smigħ fit-tul, l-Imħallef tal-Qorti Superjuri ta’ San Francisco, Stephen Murphy, qal li hemm biżżejjed provi biex il-ġuri jipproċedi bil-każ.
Sar magħruf ukoll li DePape kien qed jaħseb biex jaħtaf lil Nancy Pelosi bħala ostaġġ iżda hi kienet f’Washington waqt il-ħin tal-attakk fuq żewġha.
//= $special ?>

