Il-Grupp tal-PPE fi ħdan l-Unjoni Ewropea qed iqisu l-indħil tal-Gvern Malti fejn jidħol ix-xandir pubbliku bħala theddida għad-demokrazija.
Fl-indirizz tiegħu fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, l-MPE David Casa fejn fakkar li l-indipendenza tal-governanza u l-finanzjament tas-servizz pubbliku bħala qasam li jippreżenta riskju għoli ħafna, peress li “l-gvern għandu influwenza sinifikanti u diretta fuq l-istrutturi tal-midja tas-servizz pubbliku.”
Dan l-indirizz sar wara li l-Kummissjoni Ewropea nnuttat indħil sinifikanti u dirett mill-Gvern fuq ix-xandir pubbliku. Huwa qara mill-kapitlu dwar Malta tar-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Saltna tad-Dritt 2022, li tirreferi għal opinjoni esperta.
“Għandna bżonn li nsaħħu r-regoli u l-mekkaniżmi biex intejbu l-governanza indipendenti u l-indipendenza editorjali tax-xandir pubbliku,” qal David Casa.
Bħala Co-President tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Midja tal-Parlament Ewropew, Casa għamel snin jikkampanja għal liġijiet ġodda u protezzjonijiet aqwa għall-ġurnalisti u l-istampa. Huwa rringrazzja lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Vera Jourova għal xogħolha f’dar-rigwart.
F’April, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta għal Direttiva kontra l-iSLAPPs, u proposta oħra għall-European Media Freedom Act f’Settembru.
“Din se ssaħħaħ l-indipendenza tax-xandir pubbliku u se tassigura trasparenza aħjar fejn tidhol l-iffinanzjar pubbliku tal-midja,” qal David Casa.
//= $special ?>