Il-logħba tal-bieraħ bejn Franza u l-Marokk fissret rekord għal Hugo Lloris, rekord li mistenni jinkiser fi tmiem il-ġimgħa. Lloris kien il-gowlkiper numru wieħed tul din l-edizzjoni u għalhekk mistenni wkoll jilgħab il-finali.
Bid-dehra tiegħu fis-semifinali, Lloris laħaq lill-gowlkiper Ġermaniż Manuel Neuer bħala l-aktar gowlkipers li lagħbu logħbiet fit-Tazza tad-Dinja b’total ta’ 19-il logħba.
Lloris li għandu 35 sena, ma kienx fil-formazzjoni inizjali biss fl-aħħar logħba tal-grupp kontra t-Tuneżija. Il-logħba kontra l-Marokk kienet il-144 dehra mat-tim nazzjonali Franċiż u kważi hi ċerta li l-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa se tkun l-aħħar waħda għalih f’Tazza tad-Dinja.
//= $special ?>