Mara ta’ dixxendenza Maltija, residenti Leeds l-Ingilterra, ammettiet li flimkien ma’ 11-il persuna oħra kienet involuta f’attività kriminali ta’ ħasil ta’ flus u kutrabandu ta’ miljuni ta’ liri sterlini barra r-Renju Unit. Dawn l-ammonti kbar ta’ flus kontanti kienu qed jiġu trasportati f’bagalji mir-Renju Unit lejn Dubai u li kienu ġejjin mill-propjetà.
Stacy Borg ta’ 41 sena minn Pudsey, West Yorkshire tressqet ma’ 11-il persuna oħra, seba’ nisa u ħamest irġiel, fit-28 ta’ Settembru li għadda fejn l-akkużati kollha ngħataw il-libertà proviżorja bil-każ beda jinstema’ fis-27 ta’ Ottubru li għadda.
F’din l-istorja esklussiva, l-ġurnal “In-Nazzjon” għamel kuntatt mal-Pulizija Ingliża mis-sezzjoni “National Crime Agency” li kkonferma din l-istorja u qalilna ukoll li f’Ottubru fil-Qorti ta’ Isleworth Crown Court flimkien ma’ erbgħa oħra mixlija bl-istes reati, Stacy Borg ammettiet l-akkużi kollha miġjubin kontriha. L-akkużati l-oħra baqgħu ma ammettewx.
Il-Pulizija Ngliża nfurmatna wkoll li s-sentenza fil-konfront ta’ Stacy Borg se tingħata wara tmiem il-ġuri tal-bqija tal-akkużati li għandu jibda fis-27 ta’ Frar li ġej fil-konfront tal-persuni li baqgħu m’ammettewx. It 12-il persuna ġew akkużati bħala parti minn investigazzjoni kbira mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Kriminalità Ngliża dwar kuntrabandu ta’ miljuni ta’ liri fi flus kontanti li tant huwa kbir li għadu ma ġiex żvelat b’ċertezza kemm kien l-ammont.
L-akkużati kollha huma suspettati li huma ‘couriers’ ta’ flus kontanti, responsabbli fit-trasport ta’ ammonti kbar ta’ flus li tpoġġew f’bagalji fuq titjiriet mir-Renju Unit lejn Dubai. Dawn l-individwi dehru fil-Qorti tal-Maġistrati akkużati li biegħu proprjetà mill-Ingilterra u Wales, fi flus kontanti,biex jaħsluhom f’Dubai.
Huma ġew akkużati wkoll li kienu jafu jew issuspettaw li dawn il-flus kienu ġejjin mill-kriminalità u kienu jikkostitwixxu jew irrappreżentaw oħrajn biex jibbenefikaw minn kondotta kriminali, skont l-artikolu 327 ( 1) tal-Att tal-2002 dwar dħul mill-Kriminalità skont il-liġi Ingliża.
L-akkużati li fosthom kienu ħamsa li ammettew huma: Jonathan Johnson ta’ 56 sena u Jo Emma Larvin ta’ 44 sena minn Grantley, Ripon, North Yorkshire Ali Al Nawab ta’ 38 sena u Mehdi Amrollahibiyouki ta’ 40 sena, t-tnejn residenti Londra Stacey Borg ta’ 41 sena, li l-indirzz kollu huwa dak ta’ Carr Road, Calverley, Pudsey, West Yorkshire, Craig Bramall ta’ 41 sena minn Salford, Toni Groves ta’ 24 sena minn Manchester, Amy Harrison ta’ 27 sena minn Surrey, Paige Henry ta’ 25 sena minn Birmingham, Samantha Horst ta’ 50 sena, minn Middlesex fejn Surrey, Bridget Taylor ta’ 42 sena minn Edinburgh, l-Iskozja
It-12-il individwu, Megan Reeves ta’ 30 sena, minn Doncaster, qed tiġi mixlija b’attentat li ppruvat tneħħi proprjetà mill-Ingilterra u Wales, permezz ta’ flus kontanti, li, hija kienet taf jew issuspettat, kienu jikkostitwixxu jew jirrappreżentaw benefiċċju ta’ ħaddieħor, liema flus ġejjin minn kondotta kriminali,reat li jinsab fil-Kodiċi Kriminali Ngliża u li daħal fis-seħħ fl-1981.
//= $special ?>