Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Possibilità li Karim Benzema jirritorna għall-finali

(Ritratt: EPA)

Rapporti internazzjonali qed jindikaw li Karim Benzema jista’ jirritorna mat-tim Franċiż għall-finali kontra l-Arġentina. Jidher li Real Madrid huma lesti li jċedu lil Benzema wara li l-player tilef dan it-tournament meta weġġgħa ġurnata qabel l-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja.

Din il-ġimgħa Benzema lagħab f’partita ta’ ħbiberija kontra Leganes. F’mistoqsija mill-ġurnalisti dwar il-possibilità li Benzema jirritorna għall-finali, il-kowċ ta’ Franza għażel li ma jweġibx din il-mistoqsija.

Benzema kien se jkun l-attakkant prinċipali tat-tim Franċiż f’din it-Tazza tad-Dinja iżda weġġgħa lejliet il-bidu tal-kompetizzjoni fejn minkejja dan, il-kowċ Franċiż għażel li ma jibdilx lil dan il-player u minflok għażel li jilgħab lil Olivier Giroud li skorja erba’ gowls.