Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Rivali għal 90 minuta…ħbieb għal dejjem

(Ritratt: EPA)

Il-winger ta’ Franza Kylian Mbappe u d-difensur tal-Marokk Achraf Hakimi kienu rivali fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja bejn Franza u l-Marokk. Iż-żewġ players jilagħbu ma’ PSG fi Franza fejn minbarra li jilagħbu għall-istess tim huma wkoll ħbieb kbar.

Fl-aħħar qabel din il-partita fuq il-midja soċjali dehru numru ta’ filmati u ritratti taż-żewġ players flimkien li wrew l-ħbiberija li teżisti bejniethom.

Wara l-partita Kylian Mbappe deher imur fuq Hakimi sabiex jikkonslah wara l-elimanzzjoni tal-Marokk mit-Tazza tad-Dinja biż-żewġ players jibdlu wkoll il-flokk ma’ xulxin.