Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

“Se nkunu qed nagħmlu dak kollu possibli sabiex inwaqqfu lil Messi”- Didier Deschamps

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ Franċiż Didier Deschamps qal li fil-finali ta’ nhar il-Ħadd it-tim tiegħu se jkun qed jagħmel dak kollu possibli sabiex iwaqffu lil Lionel Messi. Deschamps li huwa konxju mill-kwalitajiet tal-captain Arġentin qal dan wara li Franza kisbu post fil-finali b’rebħa ta’ 2-0 fuq il-Marokk.

Kemm Franza u anke l-Arġentina se jkunu qed ifittxu li jirbħu t-Tazza tad-Dinja għat-tielet darba fl-istorja, b’Lionel Messi se jkun qed ifittex li jtemm il-karriera internazzjonali bir-rebħ ta’ dan l-unur.

Franza minn naħa l-oħra se jkunu qed ifittxu li jirbħu dan l-unur għat-tieni darba konsekuttiva wara li għamlu dan erba’ snin ilu. Fir-Russja Franza kienu għelbu lill-Arġentina 4-3 fir-rawnd tal-aħħar 16.

Deschamps qal li f’dik il-partita Messi kien lagħab bħala attakkant bid-differenza li s’issa Messi qed jilgħab f’pożizzjoni aktar iritirata u se tkun aktar diffiċli għat-tim Franċiż li jimmarkah b’mod strett.