Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Thomas Bach se jitlef il-finali minħabba li huwa pożittiv għall-Covid-19

(Ritratt: EPA)

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach se jkunu qed jitlef il-finali tat-Tazza tad-Dinja wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Din se tkun l-ewwel finali li Bach mhux se jattendi sa mill-1986.

Bach attenda għall-ewwel partita bejn il-Qatar u l-Ekwador iżda rriżulta pożittiv għall-Covid-19 ġimgħa wara fejn kellu jkun kostrett li jattendi għal-laqgħat b’mod virtwali.

Hu qal li pjana li jattendi għall-finali iżda t-tobba tawh parir li jkun aħhar għalih jekk ma jivvjaġġax lejn il-Qatar. Hi prassi li l-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jkun mistieden għall-finali tat-Tazza tad-Dinja fejn fil-finali ta’ erba’ snin ilu fir-Russja Bach, żamm laqgħat u diskussjonijiet mal-President Russu Vladimir Putin.