Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Walid Regragui jfaħħar lill-players Marokkin

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ tal-Marokk Walid Regragui faħħar lill-player tiegħu wara li kienu eliminati kontra Franza bl-iskor ta’ 2-0. Regragui, li twieled fi Franza qal li kien kburi bil-players tiegħu anke għall-mod kif dawn lagħbu matul din it-Tazza tad-Dinja.

Il-Marokk eliminaw lil Spanja u lill-Portugall fost l-oħrajn matul din it-Tazza tad-Dinja u kienu l-ewwel tim Afrikan li rnexxielhom javvanzaw sas-semifinali. Il-Marokk ġejjin minn rekord impressjonanti dak ta’ tmien partiti mingħajr ma jsofru gowl, bl-unika gowl jasal minn awto-gowl.

Regragui qal li m’għandu l-ebda rimors wara l-eliminazzjoni kontra Franza, bit-tim Marokkin ikunu avventuruż u jattakka minkejja li sofrew gowl kmieni fil-partita.