Lokali

Żagħżugħ jittajjar minn vettura f’San Pawl il-Baħar

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-9:30am, Sirjan ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar safa’ milqut minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 41 sena fi Triq it-Tamar, San Pawl il-Baħar.

Iż-żagħżugħ ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.