Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

14,000 pulizija mobilizzati fi Franza għall-finali tal-Ħadd li ġej

(Ritratt: EPA)

Skont rapport ta’ L’Equipe, il-gvern Franċiz iddeċieda li jimmobilizza 14,000 pulizija sabiex iżommu kontroll tal-partitarji waqt u wara l-finali ta’ nhar il-Ħadd li ġej bejn Franza u l-Arġentina. Din iċ-ċifra taqbez in-numru ta’ pulizija li ġew assenjati ftit ta’ jiem ilu meta Franza affrontaw lil Marokk fis-semi finali. Iċ-ċifra ta’pulizija assenjati dakinhar kien qrib l’10,000.

Apparti minnhekk, se jkun hemm 12,800 pulizija oħra mobilizzati għada għall-partita tat-tielet u raba’ post bejn il-Marokk u l-Kroazja.