Anzjana ta’ 72 sena residenti n-Naxxar, sofriet ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ illum fil-11.00am fi Triq l-Imdina Ħ’Attard.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-mara ntlaqtet minn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta 20 sena, residenti l-Mosta.
Hija ngħatat l-assistenza minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>