Nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru, mill-10am ‘il quddiem se ssir attività ta’ ġbir ta’ fondi b’risq Caritas fl-Arena Club fil-Qrendi.
Aktar minn 60 plejer tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol mis-snin ’60 sal-lum se jattendu biex jiltaqgħu mal-partitarji, jiffirmaw awtografi u jieħdu ritratti magħhom.
Fost dawn se jkun hemm l-eks plejers Joe Cini, li llum għandu 86 sena, Ray Vella, Carmel Busuttil, Jimmy Briffa, Michael Mifsud, John Buttigieg u l-iżgħar, Matthew Guillaumier.
Dawk li jattendu se jintalbu jagħmlu donazzjoni lill-Caritas fejn Mons. Victor Grech u membri tal-Caritas se jkunu fost dawk preżenti.
//= $special ?>