Hekk kif il-Ħamis waranofsinhar, il-kumpanija AirMalta ħabret li s-servizzi ta’ ground handling fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta marru f’idejn kumpanija privata, l-AirMalta wissiet li dan jistà jikkawża ħin twil ta’ stennija.
Dan seħħ hekk hekk kif il-Gvern qed jipprova jimbotta diversi miżuri sabiex inaqqas l-ispejjeż, għalkemm b’mod prattiku, dan it-tibdil qed isir għad-detriment tal-passiggier li kontinwament qed jesperjenza ħin twil ta’ stennija u taħwid fil-bagalji fost l-oħrajn.
Fl-istqarrija li ġiet ppubblikata l-Ħamis waranofsinhar, il-kumpaija Airmalta ħabret li l-kumpanija Aviation Services Handling Limited – l-operatur il-ġdid – ħa f’idejh l-immaniġġjar tal-bagalji u tal-merkanzija; u din it-tranżizzjoni se ssir gradwalment.
L-istqarrija ħarġet wara li tul il-jum tal-Ħamis, il-passiġġieri esperjenzaw dewmien kbir speċjalment minħabba l-maltemp f’ċertu pajjiżi; sitwazzjonijiet illi laqtu b’mod ħazin diversi ajruporti, fosthom fi Munich u Vienna fejn numru ta’ titjiriet kellhom jitħassru jew jittardjaw minħabba l-ammont kbir ta’ silġ u borra li niżlu fl-aħħar sigħat. Apparti dan, kien hemm diversi ilmenti mill-passiġġieri minħabba t-taħwid li kien hemm fil-bagalji fl-istess ġurnata.
Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li l-kumpanija Aviation Services Handling Limited li għadha kif ġiet iffurmata m’għandhix biex taħdem minħabba n-nuqqas kbir ta’ ħaddiema.
Filfatt fl-aħħar ħin l-istess kumpanija li għadha kemm ġiet imqabbda mill-AirMalta sabiex tieħu ħsieb il-ground handling fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta .. ikkuntattjat impjegati minn kumpaniji rivali li jieħdu ħsieb l-immaniġġjar tal-bagalji, fosthom l-Aviaserve b’offerti ta’ xogħol.
U sakemm għaddej dan it-taħwid kollu, anke l-cabin crew tal-AirMalta għadhom imdendlin. Kif ikkonferma l-Ministru Clyde Caruana innifsu f’risposti li ta lill-ġurnalisti…fejn spjega li xejn għadu mhu deċiż.
//= $special ?>