Sport Sport Ieħor

Nicholas Muscat huwa r-rebbieħ tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Novembru

Il-bowler żagħżugħ Nicholas Muscat, ta’ 17-il sena, rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali ta’ taħt it-23 sena. Huwa wkoll għen lit-tim tiegħu OKMalta.com sabiex jirbaħ l-ewwel diviżjoni tal-kampjonati nazzjonali tal-bowling għas-seba’ darba konsekuttiva. F’Settembru, Muscat rebaħ żewġ midalji tal-bronż u sar l-ewwel Malti li wasal fil-finali tal-European Youth Championships (EYC) fejn kiseb il-midalja tal-fidda.

Il-kategorija Masters li tiġbor fiha l-aqwa 24 atleta fil-kampjonati, hija meqjusa bħala l-iktar kampjonat prestiġjuż, bl-aqwa bowlers mill-Ewropa. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Novembru 2022 kien ippreżentat lil Nicholas Muscat minn Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta’ Atlas insurance. L-Għaqda Ġurnalisti Sports kienet irrappreżentata mill-President Sandro Micallef u l-Amministratur Stephen Azzopardi.