Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

David Beckham jirrispondi għall-kritika ta’ Lycett

(Ritratt: EPA)

David Beckham indirriza l-kritika li rċieva mill-midja u mingħand Lycett fuq l-irwol tiegħu bħala ambaxxatur tal-Qatar matul it-Tazza tad-Dinja.

Beckham stqarr li l-kritika indirizzata lejh hija eżempju ta’ dibattitu pożittiv rigward kwistjonijiet ewlenin relatati mal-ewwel Tazza tad-Dinja li saret f’dan ir-reġjun.

Il-kummidjant Ingliż Joe Lycett talab lil Beckham jirriżenja mill-kariga tiegħu qabel il-bidu tal-kompetizzjoni minħabba kwistjonijiet relatati mall-Qatar u kif jittrataw id-drittijiet umani u l-omosesswalità.

Lycett żied li ma rċeviex risposta denja mill-eks captain Ingliż sad-data li tah, b’hekk il-kummidjant iddeċieda li jagħmel filmat fejn deher li kien qiegħed iqatta’ l-flus, fejn iktar tard Lycett stqarr li dawn il-flus kienu foloż u minflok il-flus vera marru bħala donazzjoni għall-komunitajiet LGBTQ+.

Il-kelliem uffiċjali ta’ Beckham stqarr li hu u t-tim tiegħu jifhmu li hemm bosta nies affettwati mill-opinjonijiet u mir-regoli tal-Qatar, hu kompla jżid li din il-kritika se tiswa ħafna għall-bidla fit-tmexxija tal-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja, speċjalment meta jiġu għall-pajjiżi tal-Lvant Nofsani.