Futbol Sport

Doppjetta ta’ Angel Torres tagħti rebħa lil Balzan fl-aħħar minuti

(Ritratt: Joseph Galea)

ŻEBBUĠ R……….2

BALZAN………….3

Balzan: R. Briffa , I. Bozovic, A. Torres, M. Grima, P. Fenech, D. Torres (Jalu Suleiman 45′), A. Satriano, N. Braunovic, M. Raso, M. Nogureira, A. Andrejic (Bojan Kaljevic 80′). 

Żebbuġ: J. Azzopardi, S. Bugeja, L. Almeida, W. Rocha (Jesus Soto 45′), A. Mizzi (Stefan Jankovic 60′), C. L. Ngoy, E. Sanchez, R. Vella, J. Macedo, S. Miloskovic, J. Gesualdi

Skorjaw: M. Nogureira 26′, A. Torres 47′, 90+1′ (B), C. L. Ngoy 36′, E. Sanchez 67′ (Ż)

Referee: Petrovic Slobodan

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Robert Curtis

BOV Plejer tal-Logħba: Angel Torres (Balzan)

Fl-ewwel partita tal-Ġimgħa fl-Istadium Nazzjonali, Balzan kisbu tliet punti b’gowl fil-ħin miżjud mill-plejer tal-logħba Angel Torres. Kienet logħba pjuttost bilanċjata tant li sad-90 minuta l-iskor kien għadu 2-2 b’Balzan jispiċċaw jilagħbu b’għaxra wara li fl-64 minuta tkeċċilhom Ivan Bozovic.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Żebbuġ wara biss ħames minuti, Lokoli Ngoy qassam lil Macedo li iżda x-xutt fil-baxx tiegħu ma ħoloq l-ebda problema lil Briffa.

Wara nuqqas ta’ azzjonijiet kienu Balzan li marru minn fuq fil-25 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Mattheus Nogureira. Tmien minuti wara Balzan lura fuq l-offensiva u minn azzjoni ta’ korner il-konklużjoni finali ta’ Braunovic marret barra.

Żebbuġ ġabu l-iskor indaqs fis 36 minuta meta minn kross ta’ Randall Vella kien is-solitu Chalres Lokoli Ngoy li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Briffa bl-ewwel taqsima tintemm 1-1.

Żewġ minuti biss mill-bidu tat-tieni taqsima Balzan reġgħu marru fil-vantaġġ wara li Angel Torres żmarka ruħu tajjeb u wara li avvanza fil-kaxxa b’xutt fil-baxx tefa’ wara Azzopardi.

Fl-64 minuta Balzan spiċċaw jilagħbu b’għaxra meta Ivan Bozovic ġie muri karta ħamra diretta wara foul fuq Macedo.

Tliet minuti wara Żebbuġ reġgħu għamlu l-iskor indaqs meta minn korner dirett Enrique Sanchez ħasad lil Rudy Briffa u dawwar il-ballun għal gox-żibka.

Bil-partita dehret sejra għal draw, fil-ħin miżjud Paul Fenech għadda ballun tajjeb lejn il-plejer tal-logħba Angel Torres, bil-Kolombjan jaqbe’ lill-goalkeeper Żebbuġi u tefa’ fix-xibka biex ta tliet punti importanti lit-tim tiegħu.