Ewropa Lokali

Fatti rappurtati mill-media internazzjonali jikxfu r-rappurtaġġ qarrieqi tax-Xandir Nazzjonali

Rapport li deher illum fuq is-sit elettorniku ta’ TVM prova jimplika MEPs tal-Partit Popolari Ewropew mal-każ xokkanti li qed tkun akkużata bih is-Soċjalista Eva Kaili. Dan meta r-rappurtaġġ fuq dawn l-MEPs m’għandu x’jaqsam xejn mal-każ tas-Soċjalista u l-allegata pressjoni li kien hemm mill-Qatar u l-Marokk għal pjaċiri politiċi.

Għalkemm mhux ċar min ta ordni biex TVM jirrapporta b’dan il-mod, il-fatti fil-media internazzjonali juru b’mod mill-aktar evidenti li dan huwa rappurtaġġ qarrieqi; speċjalment fl-għażla tal-kliem, tar-ritratti, u l-mod vag kif inkiteb ir-rapport online.

Fil-fatt il-media Griega stess tikkonferma dan kollu hekk kif is-sit greekreporter.com efasizza li l-MEP Griega Maria Spyraki qed tkun investigati mill-Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea fuq każ ta’ allegat frodi dwar ħlasijiet lill-assistenti li assolutament m’għandu x’jaqsam xejn mal-iskandlu li fih hemm involuta Eva Kaili.

L-artiklu jkompli jgħid li fil-każ ta’ Spyrakim, skont l-OLAF (l-Uffiċċju Ewropew kontra l-frodi), huwa dwar suspett ta’ frodi li għandu jiġi investigat u m’għandu x’jaqsam assulutament xejn mal-każ serju tas-Soċjalista Eva Kaili.