Internazzjonali

Franza: 5 itfal jitilfu ħajjithom wara nirien fi blokka appartamenti

Għaxar persuni jitilfu ħajjithom hekk kif nirien ħakmu blokka appartamenti qrib Lyon fi Franza. Sfortunatament, fost dawn il-fatalitajiet hemm 5 itfal.

Barra minn hekk, 4 persuni kellhom jittieħdu l-isptar u jinsabu f’qagħda kritika kif ukoll 10 persuni oħra ġarrbu ġrieħi ħfief fosthom 2 membri li huma pompieri. In-nirien intefa għal kollox bis-saħħa tal-170 pompier li marru fuq il-post.

Il-Ministru tal-Intern Gerard Darmanin qal li għadu mhux magħruf il-kawża ta’ dan in-nirien u qal ukoll li t-tfal li sfortunatament tilfu ħajjithom kienu bejn l-eta’ ta’ 3 snin u 15-il sena. Huwa qal li aktar tard matul il-jum tal-Ġimgħa se tinfetaħ investigazzjoni sabiex jiskopru l-kawża tan-nirien.

Residenti li jgħixu qrib iż-żona esprimew li s-sitwazzjoni kienet waħda drammatika ħafna kif ukoll li jinsabu taħt xokk qawwi. Huma qal li x’ħin beda n-nirien huma qamu għaliex semgħu l-għajjat.