Futbol Sport

Gudja United jegħlbu u jilħqu lil Mosta

Matthias Mizzi

GUDJA UNITED……………..2

MOSTA….……………………….1

Gudja U.: G. Zammit, J. Bolanos, A. Prates, V. Plut, A. Azzopardi (T. Nagamatsu 63’), J. Arthur, N. Micallef, K. Micallef, H. Vella, M. Muchardi, N. Navarrete (F. Romero 90+3’)

Mosta: E. Akpan, R. Briffa (J. Ibe 57’), C. Ememe, D. Bonnici, C. Failla, B. Diarra, T. Farrugia, J. Akrong, G. Acheampong (L. Tenebe 90+2’), Z. Brincat, R. Ekani (J. Vassallo 57’)

Imwissija: J. Bolanos 12’ (GUD), Z. Brincat 12’ (MST), N. Micallef 20’ (GUD), H. Vella 35’ (GUD), K. Micallef 45+2’ (GUD), N. Naverrete 53’ (GUD), C. Ememe 65’ (MST), J. Arthur 85’ (GUD), V. Plut 90+1’ (GUD)

Imkeċċi: T. Farrugia 45+3’ (MST)

Skorjaw: A. Azzopardi 30’ (GUD), C. Failla 45+4’ (MST), N. Navarrete 48’ (GUD)

Referee: Matthew De Gabriele

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri & Mitchell Scerri

In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Clayton Failla (MST)

BOV Plejer tal-Logħba: Clayton Failla (MST)

Wara t-telfa minima tal-ġimgħa li għaddiet kontra Ħamrun Spartans, Gudja rritornaw għar-rebħ b’rebħa mqanżħa fuq il-Mostin. Minkejja li t-tim immexxi minn Joseph Grech għamel aktar minn tliet kwarti bi plejer inqas, huma għarfu jkunu perikolużi f’ħafna mill-ħin.

Akpan fetaħ il-partita b’save impekabbli wara li Muchardi ttanta xortih mid-distanza. B’Gudja joperaw bil-kontrattakk, man-nofsiegħa logħob t-Taljan Nicolas Navarrete qasam id-difiża b’pass orizzontali lejn AYRTON AZZOPARDI, b’dan issorprenda ‘l dawk preżenti b’konklużjoni fl-anglu. Qabel il-mistrieħ il-Mostin kienu sfortunati li ma ġabux l-iskor indaqs wara li Jacob Akrong laqat il-lasta darbtejn mill-viċin. Tliet minuti fuq il-ħin Tyrone Farrugia ġie muri karta ħamra diretta għal daqqa ta’ minkeb fuq id-difensur ta’ Gudja. Din it-tkeċċija evitabbli iktar mmotivat lill-Mostin tant li minuta biss wara l-ex plejer internazzjonali CLAYTON FAILLA spara xutt minn 30 metru bogħod liema gowl żgur se jibqa’ mniżżel fost l-isbaħ gowls f’dan l-istaġun.

Mosta ma tantx damu jgawdu dan l-iskor għax propju ma’ ftuħ it-tieni taqsima NAVARRETE għamilhom tnejn b’wieħed gowl ieħor minn barra ‘l kaxxa. Minkejja li kienu bi plejer inqas u b’gowl minn taħt Mosta baqgħu jirsistu biex fit-62 minuta Duane Bonnici baqa’ dieħel min-nofs bix-xutt tiegħu għadda viċin. Minuta biss wara Akpan ħalla lit-tim tiegħu fil-partita b’mod spettakolari salva konklużjoni b’saħħitha ta’ Tatsuro Nagamatsu li kien ilu biss ftit tas-sekondi fil-grawnd. Gudja setgħu faċilment jagħlqu l-partita kwarta mit-tmiem minn ħarba oħra ta’ Nagamatsu iżda Akpan għaraf jibqa’ fuq saqajh biex imblokka l-konklużjoni. Għajr xutt stupend ieħor mill-plejer tal-logħba Faila, fl-aħħar ħinijiet Mosta sabuha ferm diffiċli li jippenetraw d-difiża avversarja li baqgħet iffokata u kompatta. Għaldaqstant l-iskor intemm favur Gudja li laħqu lill-istess Mosta b’23 punt.