Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: It-22 edizzjoni tal-Mapfre Euromed International Regatta fi tmiem il-ġimgħa

Fi tmiem din il-ġimgħa fil-Bajja tal-Mellieħa Il-Malta Young Sailors Club se torganizza t-22 edizzjoni tal-Mapfre Euromed International Regatta.

Partecipazzjoni ta’ l fuq minn 200 baħri li ġejjin minn sittax il-pajjiż, fosthom Baħrejn, Bulgarija, Ċipru, Greċja, Irlanda, Iżrael, Italja, Rumanija, Spanja, Tajlandja, Olanda, Turkija, Isvizzera, Renju Unit, Ukrajna u naturalment kontinġent b’saħħtu minn Malta. Ir-Regatta matulha azzjoni kompetittiva minn żewġ Klassijiet – Optimist u ILCA fejn dejjem attirat flotta internazzjonali b’saħħitha u din is-sena ma kinitx eċċezzjoni. It-tiġrijiet se jsiru mis-Sibt 17 ta’ Diċembru u se jintemmu it-Tlieta 20 ta’ Diċembru, ftit barra l-Bajja tal-Mellieħa.

Fost dawk li kkonfermaw is-sehem tagħhom, fil-klassi Optimist, wieħed jista’ jsib iċ-Champion Nazzjonali Taljan Tommaso Picotti, numru ta’ parteċipanti fil-Kampjonati tad-Dinja, fosthom Emmanouil Anastasios (Greċja, 19 post) Martinius Hopstock (Norveġja 36 post), Timmy Vassallo (Malta, 38 post) u l-baħrin Ukrajni Danyl Mykhailichenko u Sviatoslav Madonich li kklassifikaw fir-raba’ u s-sitt post rispettivament fil-Kampjonati tad-Dinja. Se jkun preżenti wkoll l-iSpanjol Joan Domingo li kklassifika fit-tielet post fil-71º Trofeo Ciutat de Palma ospitat mir-Real Club Nàutic de Palma. Fil-Klassi ILCA għajnejn se jkunu fuq Irene De Tomas Perello, t-tfajla Champion Ewropea tal-klassi ILCA ta din is-sena li issa mxiet fil-Klassi ILCA 6.

Il-parteċipazzjoni tal-Malta Young Sailors Club fit-Trofeo Ciutat de Palma dan ix-xahar wasslet għal inizjattiva lejn atleti mill-Ukrajna. Il-Malta Young Sailors’ Club stieden lit-tim tar-rebbieħ mill-Ukraina Sviatoslav Madonich biex jingħaqad mal-flotta tal-Euromed. Bl-appoġġ ta’ Yachting Malta, dawn il-baħrin, fosthom Olha Lubianska, Ahnieshka Madonich u Dmytro Karabadzhak qed jiġu ospitati mill-Malta Young Sailors u se jkunu pprovduti b’dgħajjes u akkomodazzjoni għal tul l-avveniment.

Fis-selezzjoni Maltija, ir-rebbieħ tal-Optimist Senior Division tas-sena l-oħra Timmy Vassallo, u Jonas Micallef, li kiseb it-tieni post f’din il-klassi, se jkunu qed jieħdu sehem kif ukoll Emily Fenech u Jack Gabriele. Fil-Klassi ILCA, ir-rebbieħa tal-Klassi tas-sena l-oħra Benjamin Vassallo, Jean Paul Zahra kif ukoll baħrin bħal Matthew Flores u Jake Mallia huma wkoll fil-lista tal-flotta Maltija. Il-Mapfre Euromed International Regatta qed tkun organizzata mill-Malta Young Sailors Club taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation