Futbol Tazza Tad-Dinja 2022

Ibrahima Konate ukoll dubjuż għall-finali

(Ritratt: EPA)

Iktar problemi għat-tim Franċiz qabel il-finali ta’ nhar il-Ħadd hekk kif id-difensur ta’ Liverpool Ibrahima Konate jinsab dubjuż għall-finali t’għada minħabba li jinsab ukoll ma jiflaħx.

Konate lagħab erba’ logħbiet f’din l-edizzjoni u kien pedina importanti fid-difiża għall-Les Bleus.

Konate mhuwiex l-ewwel difensur tat-tim Franċiż li b’xorti ħażina marad waqt il-kompetizzjoni, hekk kif Dayot Upamecano u Raphael Varane ukoll soffrew l-istess virus.

Apparti minnhekk Adrien Rabiot u Kingsley Coman ukoll jinsabu ma jifilħux bl-istess virus.

Minħabba dawn il-plejers kollha nieqsin it-tim Franċiż qiegħed juża sistema ta’ distanza soċjali, fejn il-plejers li qed iħossu xi sintomi jinżammu ‘l bogħod mill-oħrajn