Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Iktar minn miljun partitarju fil-Qatar sas-semi finali

(Ritratt:EPA)

Huwa magħruf li iktar minn miljun partitarju żar il-Qatar sal-fażi tas-semi finali li saru ftit tal- jiem ilu.

Din l-istatiska kkonfermata Fatma al-Nuaimi li kienet protagonista fl-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Qatar.

Fatma al-Nuaimi kompliet iżżid ukoll li 800,000 ruħ żaru l-Qatar sal-kwarti tal-finali fl-10 ta’ Diċembru. Hi stqarret fuq il-midja soċjali li din l-edizzjoni kienet ta’ suċċess kbir s’issa u tittama li tintemm bl-aħjar mod possibli.