Il-President Ukren Volodymyr Zelensky talab lill-FIFA sabiex permezz ta’ filmat qabel il-bidu tal-finali, jingħat messaġġ ta’ paċi lid-dinja, madankollu t-talba tiegħu ġiet rifjutata mill-FIFA mingħajr ma ngħatat l-ebda raġuni.
Huwa magħruf li l-messaġġ li xtaq jgħaddi Zelensky kien reletat mal-invazjoni tal-Ukraina mir-Russja, bħalma għamel f’bosta avvenimenti kbar oħra.
Minkejja dan, id-diskussjonijiet bejn Zelensky u l-FIFA għadhom għaddejjin, u dan ifisser li għad hemm possibiltà li l-messaġġ jitwassal anke jekk mhux eżatt kif jixtieq il-President Ukren.
//= $special ?>