Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti qed tiċċelebra 30 sena mit-twaqqif tagħha bil-għan li tippromwovi l-wirt tal-Gżejjer Maltin.
Il-Fondazzjoni HSBC minn dejjem kienet kburija tappoġġja l-Fondazzjoni Patrimonju Malti fil-vjaġġ tagħha tul dawn is-snin. Vjaġġ li ra lill-Fondazzjoni Patrimonju Malti tikkollabora u tissieħeb ma’ diversi professjonisti, artisti b’xogħlijiet kreattivi u awturi dwar għadd ta’ proġetti varji u uniċi.
Sa mit-twaqqif tagħha fl-1992, il-Fondazzjoni Patrimonju Malti stabbilixxiet lilha innifisha bħala awtorità fir-rigward tal-promozzjoni u l-preservazzjoni kulturali tal-gżejjer u tal-wirt artistiku, bl-organizzazzjoni regolari ta’ seminars u esibizzjonijiet, kemm f’Malta u lil hinn minnha, u billi tiffoka l-attenzjoni fuq dak kollu li l-gżejjer Maltin għandhom x’joffru.
Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti tippubblika kull sena diversi katalgi, kotba u dokumentarji dwar l-arti u l-kultura, u kienet mutur wara riċerka oriġinali dwar il-wirt kulturali ta’ Malta. Aktar importanti, il-Fondazzjoni Patrimonju Malti wriet impenn uniku lil udjenzi, kontributuri u sostenituri tagħha, billi pprovdiet esperjenzi kulturali ta’ livell għoli u uniċi li jvarjaw minn pubblikazzjonijiet, għal rebħ ta’ premjijiet f’esebizzjonijiet u produzzjonijiet.
Il-Fondazzjoni HSBC se tkun qed tappoġġja wirja ta’ kostumi u ġojjellerija oriġinali tas-seklu 18 fil-Historic House Museum f’Palazzo Falson, fl-Imdina. L-esebizzjoni se tinkorpora kemm ħwejjeġ tal-irġiel kif ukoll tan-nisa li sawru s-soċjetà Maltija sas-seklu 20 permezz ta diversi vinjetti li ser jiġu installati fi kmamar tematiċi li jkopru aktar minn 700 sena.
//= $special ?>