Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Marokk iressqu lment lill-FIFA

(Ritratt: EPA)

Il-Marokk resqu lment kontra l-prestazzjoni tar-referees fis-semi finali kontra Franza ftit tal jiem ilu.


Il-FRMF, il-korp governattiv tal-futbol Marokkin ilmentaw kontra r-referee Messikan Cesar Ramos hekk kif stqarru li kellhom żewġ penalties kontra Franza li ma ngħatawx, kif ukoll komplew iżidu li jinsabu mhux kuntenti bil-prestazzjoni tal-VAR matul il-partita.Fi stqarrija uffiċjali fuq is-sit elettroniċi, l-FRMF insistew li mhux se joqogħdu lura milli jiddifendu d-drittijiet tat-tim nazzjonali u se jagħmlu minn kollox biex isir ġustizzja.