Ilbieraħ quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea nstema’ l-każ ta’ Maria Sciculuna Mantas li kienet użat kliem vulgari fuq il-paġna ta’ Facebook fil-konfront tar-Rettur tal-Kulleġġ San Albert Patri Aaron Zahra wara t-tmiem tal-impjieg tas-Surmast Mario Mallia.
Min-naħa tiegħu fl-Awla Patri Aaron Zahra stqarr li hu jaħfer lil Maria Scicluna Mantas u talab li jitwaqqfu l-proċeduri fil-konfront tagħha. Huwa qal li flimkien kienu ddiskuttew din il-ħaġa u li Scicluna għadha taħdem mal-kulleġġ bħala
għalliema.
Il-Maġistrat talbet biex Scicluna Mantas titlob skuża lil Patri Aaron. b’Patri Aaron jilqa’ l-iskuża u jaħfrilha u jitlob li jitwaqqfu l-proċeduri kollha. Il-Maġistrat fakkritha li l-aġir tagħha seta’ jwassal għal multa ta’ €23,000 u t-tneħħija tal-warrant ta’ għalliema.
Fi stqarrija l-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ irringrazzjat lil Maria Lisa Scicluna Mantas tal-ħidma tagħha fil-kulleġġ bħala għalliema.
//= $special ?>