Il-poplu Malti u Għawdxi m’għandux iħallas għas-serq ta’ propjetà li l-Partit Laburista wettaq matul is-snin biex għamilhom tiegħu.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa mid-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.
Issa jmiss li jitħallsu aktar minn €160,000 lil sidien ta’ propjetà li l-Partit Laburista kien ħa mingħand sidien privati biex jużaha bħala każin politiku tiegħu f’Santa Venera.
Dan seħħ wara li l-Qorti ordnat li l-Gvern għandu jħallas lis-sidien is-somma ta’ €160,000 bħala kumpens għall-ksur tad-drittijiet tagħhom.
Il-Partit Nazzjonalista jfakkar kif ftit tal-ġimgħat ilu, il-Qorti ordnat lill-Gvern iħallas kważi €1,000,000 bħala kumpens dwar propjetà li l-Partit Laburista ħa b’mod abbużiv u illegali f’Birżebbuġa biex għamilha każin politiku tiegħu.
Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista jisħaq li l-kumpens ta’ €160,000 dwar il-propjetà f’Santa Venera u l-kumpens ta’ kważi €1,000,000 dwar il-propjeta f’Birżebbuġa għandhom jitħallsu mill-Partit Laburista u mhux mit-taxpayer Malti.
Il-Partit Nazzjonalista jistenna li l-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela jerfa’ r-responsabbiltà għall-abbuż li wettaq u jiddikjara li se jkun qed iħallas il-kumpens ordnat mill-Qorti minn butu u mhux jisraqhom mill-but tal-Maltin u l-Għawdxin.
Jekk anke f’dan il-każ il-kumpens jitħallas mill-Gvern, se tkun qed issir inġustizzja oħra, din id-darba mat-taxpayer Malti u Għawdxi. Il-Partit Nazzjonslita jtenni wkoll li l-ħlas tal-kumpens mill-Gvern ikun jammonta wkoll għal finanzjament illegali lill-Partit Laburista.
//= $special ?>