Internazzjonali

L-Istati Uniti: Wara għexieren ta’ snin…Jinfetħu l-files ta’ ‘JFK’ lill-pubbliku

Il-White House ta’ Washington ordna biex eluf ta’ dokumenti dwar l-assassinar tal-President Amerikan John F Kennedy joħorġu għall-konsum tal-pubbliku għall-ewwwel darba. Grazzi għall-pubblikazzjoni ta’ ‘il fuq minn 13,000 ‘file’ online, il-pubbliku, issa, jista’ jevalwa żil fuq minn 97 fil-mija tar-rekords relatati mal-qtil li kien ixxokkja lid-dinja waqt l-eqqel tal-Gwerra Bierda.

Għalkemm mhix mistennija xi data xokkanti mid-dokumenti, l-istoriċi qed jittamaw li jsiru jafu aktar dwar l-assassinar ta’ Kennedy li kien qala’ tiri fatali waqt żjara f’Dallas, f’Texas, li seħħet fit-22 ta’ Novembru tal-1963.

Liġi li ħarġet fl-1992  ippermettiet biex il-Gvern joħroġ id-dokumenti kollha dwar l-assassinar sa Ottubru tal-2017. Iżda waqt li l-President Amerikan Joe Biden ħareġ id-direttiva eżekuttiva għall-ħruġ tal-files uħud minn dawn id-dokumenti se jinżammu sigrieti sa Ġunju li ġej biex jipproteġu kontra ‘forom ta’ assoċjazzjoni li kapaċi jitfgħu dawl negattiv fuq xi ħadd.’