Internazzjonali

Malasja: 16-il persuna jitilfu ħajjithom f’valanga ta’ art

Tal-anqas 16-il persuna tilfu ħajjithom hekk kif valanga ta’ art laqtet żona fejn ikun hemm il-kampijiet fl-istat ta’ Selangor fil-Malasja. Barra minn hekk, uffiċjali qalu li hemm diversi persuni li għadhom nieqsa u li l-fatalitajet jistgħu jiżdiedu fis-sigħat li ġejjin.

Waqt il-ħin tal-inċident kien hemm 90 persuna inkluż tfal fiż-żona fejn il-ħaddiema tas-salvataġġ qalu li s’issa rnexxielhom isalvaw 60 persuna.

Ritratti fuq il-midja soċjali juru l-ħaddiema tas-salvataġġ qalb ħafna debris kif ukoll siġar li spiċċaw maqlugħa kaġun tal-valanga tal-art. S’issa għadu mhux ċar x’seta wassal għal dan l-inċident hekk kif riċentament ma kien hemm l-ebda terremot jew maltemp estrem fl-istat ta’ Selangor.