Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Sergio Busquets jirtira mit-tim nazzjonali Spanjol

(Ritratt: EPA)

Il-veteran ta’ Spanja u ta’ Barcelona Sergio Busquets, ħabbar li se jirtira mit-tim nazzjonali wara l-eliminazzjoni ta’ La Roya fil-fażi tal-aħħar sittax kontra l-Marokk.

Il-midfielder ta’ 34 sena stqarr fuq il-midja soċjali li mhuwiex ser jagħmel parti mit-tim iżjed wara karriera ta’ 15-il sena mal-Ispanjoli fejn lagħab 143 darba u sab ix-xibka f’żewġ okkażjonijiet.

Busquets kien parti kruċjali tat-tim Spanjol fl-aħjar perjodi tiegħu, speċjalment fl-2010 fejn rebħu t-Tazza tad-Dinja fl-Afrika t’Isfel u fl-2012 fejn rebħu l-EURO li saret fl-Ukraina u l-Polonja.

Apparti minnhekk, Busquets kien ukoll il-captain tal-ikswadra f’dawn l-aħħar sentejn.

B’xorti ħażina, il-midfielder ta’ Barcelona temm l-avventura tiegħu man-nazzjonali fuq nota ħażina hekk kif inqalgħu fil-fażi tal-aħħar sittax, fejn l-istess Buesquets falla penalty waqt l-għoti tal-penalties.