L-ex kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż bejn l-2001 u l-2006 ħeġġeġ lil Gareth Southgate sabiex jibqa’ il-kowċ tat-tim Ingliż u ma jirriżenjax. Eriksson baqa’ jinsisti li Southgate għandu jagħti ċans ieħor u jittanta xortih fl-EURO 2024. Taħt Erikkson it-tim nazzjonali Ingliż għamel qabża impressjonanti fir-rankings tal-FIFA fejn qabel ma ngħata l-kariga kienu fis-17-il post u ħames snin wara meta spiċċa minn kowċ it-tim nazzjonali Ingliż ien fil-5 post mill-aqwa timijiet tad-dinja.
Southgate, li ilu jmexxi t-tim Ingliż sa mill-2016, qiegħed jikkunsidra li jirriżenja mill-kariga tiegħu wara l-prestazzjoni mhux daqstant impressjonanti fit-Tazza tad-Dinja, fejn inqalgħu fil-kwarti finali wara telfa minima kontra Franza.
Taħt it-tmexxija ta’ Southgate, l-Ingliżi kisbu riżultati pożittivi fejn fit-Tazza tad-Dinja ta’ erba’ snin ilu, li kienet l-ewwel kompetizzjoni ta’ Southgate, irnexxielu jwassalhom sas-semi finali, fejn eventwalment inqalgħu kontra l-Kroazja. Apparti minnhekk l-Ingliżi waslu ukoll sal finali tal-EURO 2020 fejn tilfu kontra l-Italja bl-għoti tal-penalties.
Minkejja dawn ir-riżultati, l-Ingliżi ddiżapuntaw f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja hekk kif kienu kkunsiderati bħala wieħed mill-favoriti biex jirbħu l-kompetizzjoni.
L-FA Ingliża qed titlob lil Southgate jagħmel deċiżjoni minn l-iktar fis possibbli, hekk kif qed jistennew biex jippreparaw ruħhom għal-logħob tal-kwalifikazzjoni għall-EURO 2024 li se jibdew f’Marzu li ġej. Huwa mifhum li Southgate se jiltaqa’ mal-FA f’Jannar li ġej.
Rapporti qed jgħidu li Mauricio Pochettino u Thomas Tuchel huma kkunsidrati bħala l-favoriti biex jieħdu post Southgate, hekk kif l-FA Ingliża tippreferi kowċ barrani.
//= $special ?>