Ir-referee Pollakk Szymon Marciniak se jkun ir-referre li se jikkontrolla l-finali t’għada bejn l-Arġentina u Franza li ser tintlagħab fil-Lusail Iconic Stadium. Din se tkun l-ewwel darba li referee ta’ nazzjonalità Pollakka se jkun qed jikkontrolla finali tat-Tazza tad-Dinja sa mill-bidu tagħha fl-1930.
Marciniak, fl-2018 ikkontrolla l-finali tal-UEFA Super Cup bejn Real Madrid u Atletico Madrid, b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa 4-2 wara l-ħin barrani.
Pawel Sokolnicki u Tomasz Listkiewicz se jassistu lil Marciniak bħala assistant referees filwaqt li l-Amerikan Ismail Elfath se jkun ir-raba’ uffiċjal.
//= $special ?>