Żewġt irġiel ġew arrestati b’rabta ma’ allegat serq minn supermarket fi Triq Gort f’San Ġiljan.
Wara rapporti li saru, il-Pulizija matul il-jum tal-Ħamis wettqu sorveljanza fl-akwati, fejn għall-ħabta tal-5:30pm ġew infurmati li fil-ħanut kien hemm żewġt irġiel li allegatament huma l-istess persuni li serqu xi affarijiet f’okkażżjonijiet separati mill-istess post.
Għaldaqstat il-Pulizija segwewhom fl-imsemmi ħanut fejn innutawhom jitfgħu xi oġġetti fil-bwiet tal-ġgieget. Minnufih ġew avviċinati, twaqqfu u minn tfittxija li saret fuqhom instabu affarijiet, allegatament misruqin.
Iż-żewġt irġiel, wieħed ta’ 39 sena mis-Somalja u residenti l-Munxar u ieħor ta’ 32 sena mill-Eritreja residenti l-Gżira, ġew arrestati u wara ttieħdu l-lock-up tal-Pulizija fil-Floriana għal aktar stħarriġ.
Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum, għal ħabta tan-12:30pm, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella b’akkużi relatati ma’ serq.
//= $special ?>