F’Berlin sploda akkwarju li kien jinsab f’lukanda… b’1,500 ħuta fih jinxterdu tul it-triq.
L-akkwarju, bl-isem ta’ AquaDom, kien attrazzjoni turistika hekk kif kien l-ikbar akkwarju tat-tip tiegħu fid-dinja. Fil-fatt, dan l-akkwarju, li kien jinsab fl-entratura tal-lukanda, kien kważi 16-il metru għoli u kien iżomm fih mal-miljun litru ilma.
Kawża tal-inċident li seħħ ftit qabel is-6am, żewġ persuni sofrew minn xi ġrieħi kawża tal-ħġieġ li nkiser.
Sfortunatament, fil-maġġoranza tal-ħut spiċċaw mietu minkejja l-isforzi biex dawn jiġu salvati. Fl-akkwarju kien hemm iktar minn 100 speċi differenti.
//= $special ?>