Sport Sport Ieħor

Blackball: Il-kompetizzjonijiet tal-Milied tal-Malta Blackball Federation jaslu fil-fażi finali

Ħamrun 147 u Valletta Breakwater għamluha għal finali tan-National Christmas Trophy wara li fis semi finali għelbu lil Cospicua Rangers u lil Jojo’s Birżebbuġa rispettivament.

Ħamrun 147 A rebħu ż-żewġ legs kontra l-Bormliżi 13-7 u 21-11 filwaqt li Valletta Brakwater kellhom triq daqxejn aktar iebsa fejn fl-ewwel leg spiċċaw fi draw ta’ 10-10 filwaqt li mbgħad rebħu t-tieni wieħed 21-15.

It-tim l-ieħor ta’ 147 C ukoll se jilgħab finali tar-Regional Christmas Trophy kontra Birkirkara Youngsters. Fis-semi finali l-Ħamruniżi għelbu lil San Ġwann Nick’s 14-6 u 21-15 filwaqt li Birkirkara rebħu 13-7 u 20-12 kontra San Ġwann White Hart.

Finalment fil-finali tal-Community Christmas Trophy, Valletta Fossa Boys u Jojo’s Birżebbuġa għaddew għall-fażi deċiżiva tal-finali.Il-Beltin għelbu lil Selmun Bar C 14-6 u 21-8 bit-tim min-naħa t’isfel ta’ Malta li għeleb lil PN Mġarr 12-8 u 21-14 bit-tim mill-kapitali li rebaħ lil Selmun Bar 14-6 u 21-8.