Il-Ġimgħa waranofsinhar, il-Pulizija Metropolitana daħlilhom rapport ta’ żewġt itfal ta’ sentejn u ħames snin li jinsabu bla ħajja f’residenza f’Dagenham, il-Lvant ta’ Londra.
Mhux magħruf x’wassal għal mewt ta’ dawn iż-żewġ subien, bil-Pulizija arrestat mara u raġel suspettati bl-involviment għal dan.
Kienet persuna f’residenza viċin dik li t-tfal kienu fiha li għamlet rapport dwar il-mewt tat-tfal. L-awtoritajiet mistennija jagħmlu awtopsja fuq it-tfal biex jiddeterminaw il-kawża tal-mewt tagħhom.
//= $special ?>