Futbol Sport

David Cluett Memorial Cup: Gżira United jirbħu faċilment lil Birkirkara St. Helens fil-finali

Il-Ġimgħa filgħaxija, fil-ground tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ, intlagħbet il-finali tal-ewwel edizzjoni tad-David Cluett Memorial Cup bejn Gżira United u Brikirkara St. Helens.

Il-Maroons ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 9-2 u għalhekk kif jindika l-iskor kienet faċli għalihom biex jgħollu din it-tazza.

Il-gowls għal Gżira ġew skurjati minn hat-trick ta’ Aboulezz u doppjetta kull wieħed minn Alex Muscat, Andrew Chohen u Jonathan Pearson filwaqt li ż-żewġ gowls tal-Karkariżi ħew skorjati minn Matthew Borg u Joseph Chetcuti.

Fi tmiem il-partita, ħu l-mibki David Cluett, Carlos ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Gżira Alex Muscat fost il-ferħ tal-plejers u diriġenti tal-Maroons.

Sadanittant il-qligħ kollu li sar minn dan it-turnament se jmur kollu għall-Community Chest Fund.