Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Didier Deschamps jeskludi r-ritorn ta’ Benzema għall-finali

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Franċiż Didier Deschamp eskluda għal kollox ir-ritorn tal-attakkant ta’ Real Madrid Karim Benzema.

Benzema kellu jitlaq minn mall-kumplament tat-tim ġurnata qabel il-bidu tal-kompetizzjoni minħabba li soffra injury f’koxxtu.

Sadanittant, Benzema rritorna lura mat-tim tiegħu u ħa sehem fit-taħriġ mal-bqija tal-plejers, tant kemm hu hekk li anka lagħab f’partita ta’ ħbiberija ftit tal-jiem ilu.

Benzema ma setax ikun mibdul ma’ plejer ieħor hekk kif l-injury li sofra kienet viċin wisq mill-bidu tal-kompetizzjoni. Deschamps irrifjuta li jikkummenta fuq ir-ritorn tal-plejer għall-ewwel, madankollu minħabba n-numru ta’ plejers dubjużi, il-midja kompliet tagħmel pressjoni fuq l-eks kowċ u plejer ta’ Juventus sabiex jirrispondi d-domandi.

Deschamps stqarr li ħa jibqa jaħdem bil-plejers li għad fadallu u jemmen li huwa ta’ disrispett kbir għall-plejers disponibbli li għaddejjin spekulazzjonijiet dwar plejers oħra.