Żagħżugħ minn Ħal Qormi kien immultat €500 wara li quddiem il-Maġistrat Nadine Lia instab ħati li lura fi Frar tal-2017 saq mingħajr liċenzja u b’mod traskurat.
Il-każ seħħ ħames snin ilu f’Bormla bil-prosekuzzjoni tispjega li l-akkużat inqabad isuq il-vettura tiegħu mingħajr ma kellu fil-pussess liċenzja valida tas-sewqan, wara li ġie fl-idejn mal-eks sieħba tiegħu.
Fil-Qorti instema’ kif il-każ seħħ fi Triq Fuq San Pawl, bl-argument saħansitra jkompli jiżviluppa quddiem l-Għassa ta’ Bormla.
Il-Maġistrat Nadine Lia ordnat ukoll sabiex iż-żagħżugħ ikollu l-liċenzja tas-sewqan miżmuma għal tlett xhur.
//= $special ?>