Lokali

Il-Premju Ħaddiem tas-Sena 2022

Il-President ta’ Malta George Vella ħeġġeġ lil kull min iħaddem biex ma jkunx xħiħ fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Dan kien il-messaġġ li wassal waqt iċ-ċerimonja ‘Premju Ħaddiema tas-Sena’ …fejn il-President ma żammx lura milli jirreferi għall-inċidenti li seħħew fl-aħħar xhur fuq il-post tax-xogħol; u li wħud minnhom kienu fatali. Bil-President Vella jgħid li min iħaddem u l-awtoritajiet responsabbli għandhom ikunu xprun ta’ inizjattivi li jevitaw diżgrazzji li jistgħu jiġu evitati bi ftit aktar attenzjoni u dixxiplina.

Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena jirrikonoxxi d-dedikazzjoni u l-bżulija tal-ħaddiema, u din is-sena mhux b’inqas.

Il-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena ingħata lil Claire Mallia, li hi LSE fl-iskola ta’ Stella Maris.

Dan filwaqt li t-tim tas-Sala Numru Wieħed fic-Centru tal-Onkoloġija ġie premjat bħala Tim tas-Sena għax-xogħol imprezzabbli li jwettqu fil-ġlieda kontra l-kancer u l-appoġġ lill-pazjenti. Fost diversi unuri oħra, ingħata ukoll il-lifetime achievement award lil Raymond Scicluna, li huwa l-Skrivan tal-Kamra fil-Parlament.